Il-Pulizija Taqbad Lil Min Allegatament Ġarraf Kolonna Antika Fil-Kalkara

 Il-Pulizija Taqbad Lil Min Allegatament Ġarraf Kolonna Antika Fil-Kalkara

Investigazzjoni tal-Pulizja wasslet biex ġiet identifikata l-persuna li allegatament kienet responsabbli minn tiġrif ta’ niċċa storika fil-Kalkara.

Il-każ ġie rrapportat għall-ewwel darba lbieraħ mis-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina fejn stqarr li kien irrabjat bil-vandaliżmu li sar fuq kolonna antika li tinsab fi Triq Santa Liberata, fdal ta’ żewġ kolonni storiċi ta’ San Pietru u San Pawl. Qal li din kienet ġiet irrestawrata b’abbiltà kbira mid-Direttorat tar-Restawr fl-2018.

B’reazzjoni, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li jinsab infurmat li l-pulizija sabet lil min hu allegatament responsabbli minn dan il-każ fil-Kalkara u se jittieħdu l-passi meħtieġa.

“Jekk xejn ftit ġustizzja ma’ dawk li ħadmu tant biex din jirrestawrawha ftit tas-snin ilu. Il-wirt kulturali tagħna rridu nieħdu ħsiebu għax jagħmel iktar għonja lill-komunitajiet li ngħixu fihom”, qal Camilleri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com