Il-Vaċċin Ta’ Pfizer Kontra l-Covid-19 Nstab Li Hu 90% Effettiv

 Il-Vaċċin Ta’ Pfizer Kontra l-Covid-19 Nstab Li Hu 90% Effettiv

Żvilupp importanti mid-dinja tax-xjenza hekk kif qed jiġi rrapportat li l-vaċċin kontra l-Covid-19 li qed jiġi żviluppat mill-kumpanija tal-farmaċewtika Pfizer u BioNTech instab li huwa 90% effettiv biex jipprevjeni lin-nies milli jieħdu l-virus.

Il-vaċċin ta’ Pfizer li daħal fit-tielet fażi u l-aktar fażi kruċjali involva 43,538 parteċipant minn sitt pajjiżi.

Huma ngħataw żewġ dożi b’90% minnhom ġew protetti mill-virus fi żmien 28 jum mindu tlaqqmu kontrih.

Id-ditta farmaċewtika Amerikana qalet li 94 persuna biss li ħadu sehem fil-prova żviluppaw il-Coronavirus u ma ġie rrapportat l-ebda tħassib serju dwar is-sigurtà ta’ din it-tilqima.

“Illum hija ġurnata kbira għax-xjenza u l-umanità. L-ewwel sett ta’ riżultati mill-prova tal-vaċċin tagħna kontra l-COVID-19 li jinsab fit-tielet jipprovdi l-evidenza inizjali tal-kapaċità tal-vaċċin tagħna li nipprevjenu l-COVID-19,” qal il-President u l-Kap Eżekuttiv ta’ Pfizer Dr Albert Bourla.

“Bl-aħbar tal-lum, aħna ninsabu pass sinifikanti eqreb biex nipprovdu lin-nies madwar id-dinja avvanz tant meħtieġ biex inwasslu fi tmiem din il-kriżi tas-saħħa globali.

Il-vaċċin ta’ Pfizer u BioNTech huwa wieħed minn 12 madwar id-dinja li jinsabu fl-aħħar stadji tal-ittestjar, iżda huwa l-ewwel wieħed li ta dawn ir-riżultati tant pożittivi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com