“Mhux Se Nħallu L-Covid-19 Toqtol L-Ispirtu Tal-Milied Fil-Belt Valletta” – Jason Micallef

 “Mhux Se Nħallu L-Covid-19 Toqtol L-Ispirtu Tal-Milied Fil-Belt Valletta” – Jason Micallef

Fis-27 ta’ Novembru li ġej, inti ser tibbenefika minn parkeġġ b’xejn fl-MCP car park. Dan ser tgawdi minnu wkoll bejn it-8 ta’ Diċembru u l-aħħar tas-sena 2020. Mill-20 ta’ dan ix-xahar ser ikun qed jingħata bidu b’mod uffiċjali l-attivitajiet marbuta mal-isbaħ żmien tas-sena; il-Milied fil-kapitali Maltija.

Ser tispikka l-mixgħela tad-dawl fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta fejn ser ikun hemm ukoll siġra u presepju partikolari. Mhux biss, iżda wkoll projezzjoni fuq 3 faċċati fi Pjazza San Ġorġ. Fit-toroq Beltin ser ikun hemm kant fit-toroq, teatru tat-triq u saħansitra opra fil-miftuħ.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta; Jason Micallef enfasizza li dan kollu ser isir b’mod konformi mal-pariri mogħtija mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci. “Il-ħalfa tagħna hu li l-Covid-19 mhux se toqtol l-ispirtu tal-Milied fil-Belt Valletta, għall-familji Maltin u fuq kollox għat-tfal”, tenna Micallef.

Din il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, u l-Ministru tal-Kultura Josè Herrera li spjegaw li dawn l-attivitajiet ser ikunu importanti biex ikun hemm moviment pożittiv fis-settur rispettiv tagħhom, dejjem konformi mar-regoli tas-sitwazzjoni preżenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com