“Il-Virus Imqareb Ġie Jgħid ‘Hello’ Lili u L-Daron” – Felix Busuttil

 “Il-Virus Imqareb Ġie Jgħid ‘Hello’ Lili u L-Daron” – Felix Busuttil

“U issa wasal iż-żmien li f’dar Santa Venera dan il-virus mqareb jiħi jgħid hello lili u lil Daron”, kiteb Felix Busuttil fuq facebook.

Tenna li hi esperjenza tad-dwejjaq u li fiha ansjetà fejn lil Daron attakkatu bl-ikrah; sogħla qawwija, deni u uġigħ. Min-naħa l-oħra, Felix kellu ftit sintomi, kważi xejn għall-bidu.

Għalkemm qal: “Imma lbieraħ esperjenzajt l-ewwel lejl bla mistrieħ u naqra qtugħ ta’ nifs. U naħseb din hi l-biża’ ta’ ħafna nkluż jien. Għax meta ttini s-sogħla nkun ser mmut. ..”

Issa ser ikollu żmien jikteb aktar, jaqra u jitlob, kiteb Felix, dejjem fil-kumpanija tal-ħbieb li għandhom, Christine u George; il-klieb tagħhom.

Spjega kif jidhem aktar lil dawk li kellhom il-Covid-19 u fiequ u kif ukoll dawk li sofrew l-isptar u ħarġu filwaqt li tenna li jitlob għal dawk li ma kinux fortunati.

“U napprezzaw aktar is-saħħa għax mingħajrha m’għandna xejn.” Nawgurawlkom fejqan ta’ malajr Felix u Daron.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com