Illum Qed Issir Re-Shuffle Fil-Kabinett… 3 Ministri Għawdxin Fl-Istess Waqt, Għall-Ewwel Darba

 Illum Qed Issir Re-Shuffle Fil-Kabinett… 3 Ministri Għawdxin Fl-Istess Waqt, Għall-Ewwel Darba

Il-jum tal-lum, is-Sibt 21 ta’ Novembru 2020 jidher li huwa ddominat minn re shuffle li qed issir fil-kabinett tal-Gvern Laburista.

Bosta ġurnali bdew jirrapurtaw minn ħin għall-ieħor bidliet fl-irwoli ministerjali ta’ bosta ministeri.

Skont ġurnali differenti, jidher li Clayton Bartolo ser ikun il-Ministru tat-Turiżmu minflok Julia Farrugia Portelli.

Jidher ukoll li Justyne Caruana se tkun il-Ministru tal-Edukazzjoni flok Owen Bonnici.

Mill-banda l-oħra, l-Għawdxin Anton Refalo u Clint Camilleri qed jingħad li ser iżommu posthom. B’hekk, għall-ewwel darba jekk dan se jkun il-każ, Għawdex ser ikollu 3 Ministri.

Inkomplu naġġornawkom mal-ħin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com