Imħasseb Jekk Għandekx il-Coronavirus? Ara X’Tista’ Tagħmel…

 Imħasseb Jekk Għandekx il-Coronavirus? Ara X’Tista’ Tagħmel…

Brown’s u l-Laboratorji HSE qed jikkollaboraw flimkien sabiex jgħinu fit-taffija tal-COVID-19 billi jipprovdu aċċessibilità għal riżultati immedjati u eżatti tat-test. Is-sinerġija u l-esperjenza bejniethom ċertament se tipprovdi l-għarfien espert u s-serħan tal-moħħ meħtieġ għall-utent aħħari.

Ġiet imwaqqfa ‘walk-through’ COVID-19 Screening Clinic f’Ħal Qormi biex twettaq dan l-ittestjar b’mod sigur u effiċjenti.

‘Brown’s and HSE Screening Centre’ qed joffri 3 tipi differenti ta’ testijiet għall-COVID-19. Is-servizz olistiku ta’ dan l-ittestjar jipprovdi skrinjar tal-COVID-19 faċilment aċċessibbli fejn tirċievi r-riżultati kollha tat-test fi żmien qasir u jippermetti li wieħed jadotta diversi strateġiji ta’ ittestjar imfassla apposta skond il-bżonnijiet tal-individwu.

It-testijiet COVID-19 offruti jinkludu:

  • Gold Standard COVID-19 Test, l-ittestjar tal-RT-PCR; ideali għal nies li se jivvjaġġaw, huma sintomatiċi jew kienu f’kuntatt ma’ individwu pożittiv. Ir-riżultati tat-test joħorġu fi żmien 12-48 siegħa.
  • Saliva COVID-19 Test ma jsirx b’mod invażiv fejn isir l-ittestjar tal-bżieq. Ir-riżultati jkunu lesti f’madwar sagħtejn.
  • Rapid COVID-19 Antigen Test; ideali għal skrinjar mgħaġġel u tal-massa. Ir-riżultati joħorġu f’inqas minn siegħa.

Brown’s u l-Laboratorji HSE jispeċjalizzaw ukoll fit-testijiet korporattivi tal-COVID-19 u joffru wkoll testijiet ta’ skrinjar fuq il-post tax-xogħol. L-għan ta’ dan is-servizz huwa li jassigura sigurtà lill-impjegati, jimminimizza tfixkil fin-negozji fl-istess waqt li joffri serħan il-moħħ. 

Għal aktar informazzjoni ċempel +356 2152 5252 jew żur is-sit www.browns.pharmacy.

Biex tixtri t-test ġentilment niżżel l-App ta’ Brown’s fuq il-mowbajl tiegħek:

Android: https://bit.ly/BrownsAndroid 

iOS: https://bit.ly/BrownsApple

NOTI IMPORTANTI:

  • It-testijiet kollha jsiru f’ċentru ta’ skrinjar speċifikament maħluq għall-pandemija tal-COVID-19 u MHUX ġewwa l-Ispiżeriji jew Kliniċi tal-Brown’s.
  • L-appuntamenti kollha jsiru f’ambitu li jirrispettaw il-linji gwida dwar id-distanza soċjali.
  • L-Awtorità tas-Saħħa Pubblika hija infurmata kif xieraq b’kull każ pożittiv.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com