Ir-Referee Fyodor Zammit Mhux Ser Jibqa’ Fuq il-Panel tal-FIFA

 Ir-Referee Fyodor Zammit Mhux Ser Jibqa’ Fuq il-Panel tal-FIFA

Ir-referee internazzjonali Malti Fyodor Zammit mhux ser jibqa’ fuq il-panel tal-FIFA u postu aktarx ser jingħata lill-Ishmael Barbara. Jidher li Zammit ġie avviċinat mill-kap tar-referees tal-MFA Alan Mario Sant fejn qallu li mhux ser jibqa jifforma parti minn dan il-panel tal-FIFA b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Zammit, li illum għandu 35 sena, ma tantx laqa’ tajjeb din id-deċiżjoni hekk kif ma kienx qed jistenna li jispiċċa minn din il-kariga.

Intant Ishmael Barbara ilu għal dawn l-aħħar għaxar snin jistabilixxi ruħu bħala referee lokali fejn fl-aħħar erba’ staġuni k-kontrolla bosta logħbiet mill-Kampjonat Premier. Barbara għandu 27 sena u jekk jigi k-konfermat fil-panel tal-FIFA ikun l-iżgħar referee lokali li ġie appuntat fuq dan il-panel.

Anke r-referee Philip Farrugia jinsab b’ċans tajjeb li jinħatar fil-panel tal-FIFA hekk kif dan ser ikun qed jieħu post Alan Mario Sant wara li dan tal-aħħar ir-riżenja mill-kariga hekk kif beda jaħdem full time f’ħdan l-MFA.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com