Issaqsi Jekk Isir ‘Lockdown’ Naqsmux Il-Paga Magħha…

L-attriċi u sportiva Rachel Micallef ikkumentat dwar il-fatt li bosta nies kitbu dwar il-bżonn ta’ lockdown.
“Ninnota li ħafna minnhom jew qed jaħdmu mid-dar, jew xogħolhom baqa’ għaddej jew komdi finanzjarjamemt”, saħqet Rachel fejn imbagħad staqsiet ukoll jekk dawn li qed jitolbu li jsir dan hux kollha lesti li jekk immorru għal-‘lockdown’ lil nies bħalha jew inkella li jinsabu f’sitwazzjoni agħar, humhiex lesti jtuha nofs il-paga.
Temmet billi kitbet: “Il-bniedem minn dejjem kien u jibqa’ EGOIST” filwaqt li appellat biex inkunu responsabbli.
Intom x’taħsbu dwar dan?
Ritratt: Facebook/ Rachel Micallef