“It-Tifla Ta’ 7 Snin Ilha Nieqsa 3 Ġimgħat” – Omm Foster

 “It-Tifla Ta’ 7 Snin Ilha Nieqsa 3 Ġimgħat” – Omm Foster

Tifla ta’ 7 snin ġiet maħtufa illegalment mill-omm bijoloġika tagħha tlett ġimgħat ilu wara li din kellha tqatta’ l-weekend magħha. Jidher li l-mara ħarbet mill-pajjiż bit-tifla ta’ 7 snin.

Intant, ma’ Times of Malta, l-omm foster qalet li jisabu inkwetati mmens u jixtiequ li jkollhom informazzjoni dwar it-tifla li ilhom irabbu għal dawn l-aħħar 6 snin. It-tifla kienet ilha tgħix magħhom sa minn meta kellha 6 xhur biss.

“Inkwetati. Nixtiequ nkunu nafu jekk hux kollox sew u jekk għandiex kull ma għandha bżonn. Tbati bl-ażma… għandha kollox hawn – il-ħwejjeġ, il-ġugarelli. […] Miniex l-omm bijoloġika tagħha iżda ninkwieta bħal kull omm oħra”, qalet l-omm foster.

Ritratt: Times of Malta

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com