Ixxarrablek Il-Mobajl? Titfgħux Fir-Ross!

 Ixxarrablek Il-Mobajl? Titfgħux Fir-Ross!

Hemm metodu famuż li meta jixxarrablek il-mobajl titfgħu fir-ross sabiex jinxef. Minn riċerki li saru, dan il-metodu ma jaħdimx u jista’ jkun ta’ iktar ħsara. Hawnhekk għandkom issibu metodu aħjar biex tnixxef il-mobajl mingħajr ma ssirlu iktar ħsara.

  1. Itfi l-mobajl malajr kemm jista’ jkun
  2. Nixxfu b’karta tal-kċina (paper towel)
  3. Neħħilu xi partijiet li jinqalgħu, bħal battery u fejn tpoġġi s-sim card u l-memory card
  4. Iddaħħalx oġġetti fit-toqba taċ-charger, bħal cotton buds jew karti tat-tixxju
  5. Halli l-mobajl jinxef ċatt fuq xugaman. Tippruvax tħawdu għaliex l-ilma jista’ jinfirex.

Hallih jinxef għal madwar 36 siegħa, imbagħad ipprova ixgħelu. Jekk jiġik xi dubju li mhux qiegħed jaħdem sewwa, jew jista’ jkun ta’ periklu għal min jużah, importanti li tieħdu għand xi ħadd professjonali.

U intom, ġieli użajtu il-metodu tar-ross?

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com