Jason Azzopardi Jitlob Lill-PN Jinvestiga l-Btala Li Ħallaslu Tumas Group

 Jason Azzopardi Jitlob Lill-PN Jinvestiga l-Btala Li Ħallaslu Tumas Group

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi talab lill-Partit Nazzjonalista biex jinvestiga l-btala li ħallaslu l-Grupp Tumas f’lukanda lussuża f’Tel Aviv.

Fi stqarrija, Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illum iltaqa’ mad-Deputat Parlamentari Jason Azzopardi.

Il-PN qal li f’din il-laqgħa Azzopardi informa lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista bid-deċiżjoni tiegħu sabiex jitlob lill-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Media Soċjali tal-Partit Nazzjonalista biex tinvestigah, u dan b’rabta mal-istorja ppublikata minn sezzjoni tal-midja lbieraħ.

Il-PN qal li b’effett immedjat, Dr Azzopardi qabel li ghandu jissospendi ruħu mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista u mix-shadow cabinet sakemm tintemm din l-investigazzjoni mill-Partit Nazzjonalista.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com