Jemmen Li F’Pajjiżna Għandhom Jibdew Jintlibsu ‘Arm Bands’ Għal Li Jista’ Jinqala’
“Nemmen li f’Pajjiżna għandha tidħol il-kultura ta’ ‘arm bands’ li jintlibsu minn dawk li għandhom xi kundizzjoni f’ħajjithom.” Hekk qed isostni l-kunsillier Mosti Marvic Camilleri fejn tenna li dawn għandhom jintlibsu f’kull ħin biex dik il-persuna f’każ ta’ emerġenza tingħata l-għajnuna li tkun meħtieġa.
Spjega kif permezz tal-arm bands, wieħed ikun jista’ jifhem il-bżonnijiet tal-persuni li niltaqgħu magħhom.
“Din mhux kwistjoni li tistħi jew taħbi. Għajnuna koretta fil-ħin tal-bżonn, tista’ issalvalek ħajtek!”, enfasizza Marvic.
X’taħsbu dwar din l-idea?
Ritratt: Facebook/ Marvic Camilleri