Jindarab Gravi Wara Li Ttajjar Fir-Rabat Għawdex

Raġel ta’ 60 sena residenti r-Rabat, Għawdex, kellu jittieħed l-isptar għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart x’ħin il-Pulizija ntalbet tassisti fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li karozza tat-tip Hyundai Pony, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena li joqgħod Marsascala, laqtet lill-vittma.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.