Jinqabdu F’Tumble Dryer
Tliet irġiel kellhom jiġu salvati minn ħaddiema tal-protezzjoni ċivili wara li baqgħu mwaħħla f’tumble dryer f’Essex.
Huma sabu lit-tliet irġiel żgħażagħ, lkoll fl-adolexxenza tagħhom, imwaħħlin fin-nixxiefa (tumble dryer) ta’ daqs industrijali.
Filwaqt li tnejn minnhom kienu salvati b’suċċess, it-tielet raġel kien maqbud fil-bieba.
Is-servizz tat-tifi tan-nar sejjaħ lill-Pulizija ta’ Essex, is-servizz ta’ emerġenza medika tal-ħelikopter (HEMS) u s-servizz tal-ambulanza biex jgħinu lill-irġiel li nħelsu.
Storja: Reuters