Jinstab Il-Covid-19 Fuq Il-Mink… Id-Daniżi Jippannikjaw!
Il-Prim Ministru Daniż Mette Frederiksen tenniet li jidher li l-mink huwa riskjuż u perikoluż għaliex qed iġorr il-virus tal-Covid-19 fuqu. Id-Danimarka hija l-akbar produttriċi tal-mink fur.
Intebħu b’dan wara li ġo razzett fid-Danimark u anke fi Spanja, fuq dan l-annimal instab il-Covid-19. Fid-Danimarka ġew affettwati mal-207 razzett tant li l-virus ħa anke forma ġdida.
Intant, il-pulizija Daniża u l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin f’ġirja kontra l-ħin biex jisseparaw dawk li huma nfettati minn dawk li m’humhiex.
Mill-bidu tal-pandemija s’issa, id-Danimarka irreġistrat 52,265 każ ta’ persuni pożittivi bil-coronavirus u kellhom 733 mewt.
Ritratt: BBC