Jinstabu Bosta Basktijiet Mimlija Bajd Lesti Biex Jintefgħu Fil-Halloween

 Jinstabu Bosta Basktijiet Mimlija Bajd Lesti Biex Jintefgħu Fil-Halloween
Uffiċjali tal-komunità fi ħdan il-korp tal-Pulizija kellhom tmiem il-ġimgħa li għaddiet mimli mhux ħażin. Apparti x-xogħol kontinwu u l-inċidenzi fuq bażi ta’ kuljum fuq każi diversi li jinqalgħu, kien hemm il-festa tal-Halloween li din is-sena sar enfasi dwarha biex tinżamm il-prudenza.
Filwaqt li l-pulizija tal-komunità ħadu l-inizjattiva jferrħu lit-tfal bil-ħelu waqt attività fi skola, matul illejl l-istess tim wettqu spezzjonijiet f’diversi akkwati li huma magħrufa wkoll għal diżubiddjenza b’relazzjoni mal-festa tal-halloween. Hemm sabu diversi basktijiet mimlija bajd li kienu moħbija.
Hija ħasra li attività li suppost tferraħ, ġieli qed tispiċċa tiddiġenera f’atti vandali u li jdejqu n-nies.
Ritratt: The Malta Police Force
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com