“La M’Aħnhiex Kapaċi Niddixxiplinaw Ruħna, Hemm Bżonn ‘Lockdown’ Immedjata.”

 “La M’Aħnhiex Kapaċi Niddixxiplinaw Ruħna, Hemm Bżonn ‘Lockdown’ Immedjata.”

“La m’aħniex kapaċi niddixxiplinaw ruħna, hemm bżonn lockdown immedjata. Diġa’ tard. Kull mewt li seħħet u li sseħħ hija ferita kbira, u piż fuq il-kuxjenza ta’ min jiġi jaqa’ u jqum.” Hekk kitbet Mariella Mizzi Attard fuq il-facebook tagħha.

Spjegat li issa m’għadniex inċapċpu lill-frontliner jew nittawlu lill-ġenituri minn taħt il-gallarija fost argumenti oħra li tkellmet dwarhom għaliex issa “qisu xejn mhu xejn”.

Tenniet dwar li donnu issa l-uniku ħsieb hu kemm se jkunu n-numri fin-nofs siegħa fuq bażi ta’ kuljum u nistagħġbu  kemm żdiedna jew inqasna.

Imma jidher li xorta għadna niltaqgħu qaqoċċa ras ġo ras biex nixrobu, immorru għand xulxin fejn ma jaran ħadd, nibbukkjaw ‘farmhouses’ ħa norganizzaw parties u??

tgħid għandha raġun Mariella? intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com