Illum Niċċelebraw il-Jum Internazzjonali Għat-Tfal

 Illum Niċċelebraw il-Jum Internazzjonali Għat-Tfal

Il-Jum Dinji għat-Tfal  ġie stabbilit fl-1959 mill-Ġnus Magħquda biex tippromwovi u tassigura l-ħarsien għad-drittijiet tat-tfal..  Propju għal din l-okkażżjoni dalgħodu fil-paġna Edukazzjoni ħareġ filmat b’messaġġ qawwi u pożittiv mill-Ministru tal-Edukazzjoni u l-Impjieg, Owen Bonnici.

Il-Ministru Bonniċi jibda billi jgħid li t-tfal huma l-preżent u l-futur tagħna u li, “wiehed mid drittijiet fundamentali tal-bniedem hija l edukazzjoni, li għandha tibda minn età bikrija, biex finalment twassal għall-iżvilupp sħiħ tal-persuna.  Ikompli jgħid kif l-Edukazzjoni għandha, “twassal messaġġ ta’ armonija, tolleranza u ħbiberija bejn it-tfal madwar id-dinja kollha mingħajr diskriminazzjoni.”

Il-filmat isemmi wkoll is-sena surreali li ġarrabna ħabba l-COVID-19 fejn Bonnici jgħid kif l edukazzjonu baqghet ghaddejja biex it-tfal ikomplu bl-iżvilupp bil-mod sħiħ u olistiku tiegħu, u li anka meta dan ma kienx possibli ħabba vulnerabbilta, inħolqot pjattaforma diġitali biex dejjem jintlaħaq kulħadd.

Finalment il-Ministru Bonniċi jagħaq b’messaġġ pożittiv għat-tfal fejn ifakkarhom li huma l-futur tagħna u li tajjeb li jirikonoxxu d dmirijiet tagħhom bħal li jirrispettaw lil dawk li jhobbuhom u jridulhom il-gid, biex ma jaqtghux qalbhom, u biex dejjem kreattivi u kif ukoll dejjem għandhom jemmnu fihom infushom.

 

https://www.facebook.com/edukazzjonigovmt/posts/2799016307044021

Ritratt: Edukazzjoni

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com