“Kelli Tagħfis F’Sidri U Kienu Se Joħduni L-Isptar” – Tirrakkonta L-Esperjenza Tagħha Tal-Covid-19

 “Kelli Tagħfis F’Sidri U Kienu Se Joħduni L-Isptar” – Tirrakkonta L-Esperjenza Tagħha Tal-Covid-19

Il-Viċi Sindku taż-Żejtun Joan Agius irnexxielha tirkupra mill-Covid-19. Kellimnieha biex anke permezz tagħha, inkomplu ntennu l-appell biex noqogħdu attenti filwaqt li anke nagħtu kuraġġ.

Joan qaltilna li fil-bidu bdiet ftit sogħla u l-għada qamet bid-deni. Għamlet swab test li ħareġ fin-negattiv iżda 3 ijiem wara rriżulta pożittiv.
“Jien nista’ ngħid li l-ewwel ġimgħa iva kienet iebsa. Ħin minnhom kienu ser joħduni l-isptar għax kelli tagħfis f’sidri u bdejt inħossni qisni tqila bl-ilma”, qaltilna Joan.
Tenniet magħna li bdiet torqod ħafna sakemm bl-irqad innifsu bdiet kuljum tmur għall-aħjar. Saħqet li l-virus mhux ċajta u huwa importanti li nsegwu d-direttivi tad-dipartiment tas-saħħa.
Joan ftakret f’dawk li sfortunatament il-virus ħasdilhom ħajjithom, filwaqt li tat kuraġġ lil dawk kollha li bħalissa għaddejjin minn din l-esperjenza u ħadet l-okkażjoni tirringrazzja lit-tobba kollha tal-Primary Health Care tas-sapport u l-għajnuna kbira li tawha.
Ritratt: Facebook/ Joan Agius
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com