Raġel Ta’ 46 Sena Jaqa’ f’Ġiebja f’Ħal Kirkop

 Raġel Ta’ 46 Sena Jaqa’ f’Ġiebja f’Ħal Kirkop

Raġel ta’ 46 sena li joqgħod l-Imqabba weġġa’ gravi wara li waqa’ sular f’ġiebja f’Ħal Kirkop.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħodu f’barriera fi Sqaq ir-Ramlija.

Fuq il-post marru l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku biex jassitu fejn sabu lir-raġel fil-ġiebja. Dan wara li kien qed jagħmel xi xogħol fuqha u għeleb minn fuq ċint.

Wara li ttella’, huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com