“… Kemm Inweġġa’ Meta Tasalli Aħbar Hekk” – Wayne Aquilina

 “… Kemm Inweġġa’ Meta Tasalli Aħbar Hekk” – Wayne Aquilina

Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina wera r-rabja tiegħu għal att vandalu li sar fuq dik li ftit ilu kienet kolonna antika fi Triq Santa Liberata.

“Onestament, kemm inweġġa’ meta tasalli aħbar hekk. Ninsab irrabjat u għaldaqstant niddeplora bil-qawwa kollha l-vandaliżmu li sfortunatament sar ftit tal-ħin ilu fuq kolonna antika li tinsab fi Triq Santa Liberata, fdal taż-żewġ kolonni storiċi ta’ San Pietru u San Pawl”, tenna s-Sindku.

Jidher li din kienet ġiet irrestawrata mhux snin kbar ilu, mid-Direttorat tar-Restawr propju fl-2018.

Aquilina temm jgħid li l-Kunsill Lokali se jagħmel minn kollox biex issir ġustizzja fuq dan il-każ.

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara wkoll ikkundannat bil-qawwa kollha l-vandaliżmu storiku li reġa’ sar ftit tal-ħin ilu fuq il-kolonna antika. L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tisħaq għall-ġustizzja f’dan ir-rigward.

Imma għaliex issib min jagħmel dawn l-atti?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com