Fost L-Isbaħ Ilħna: Mużiċista Kym Pepe Toħroġ it-Tieni Kanzunetta Tagħha

 Fost L-Isbaħ Ilħna: Mużiċista Kym Pepe Toħroġ it-Tieni Kanzunetta Tagħha

Mużiċista Kym Pepe għadha kif ħarġet it-tieni video mużikali tagħha bl-isem ta’ Zoltan. Il-leħen uniku ta’ Kym flimkien mal-video mmexxi minn Andrew Schembri, jikkumplimentaw u joħorġu ħoss maġiku li jirrakonta r-relazzjoni ħelwa bejn Kym u l-qattus Zoltan.

Bdejna napprezzaw dan il-leħen versatili u fost wieħed mill-isbaħ f’pajjiżna, meta Kym saret waħda mill-kantanti uffiċċjali tal-grupp popolari Brikkuni, fejn fl-2016 kantat f’ħafna mid-diski ta’ Rub Al Khali – it-tielet album konsekuttiv ta’ din il-band

Fil-kanzunetta Zoltan wieħed jista japprezza ħsejjes u viżivi sottili, li tħosshom jimmanswalek qalbek u jdaħħluk fil-maġija li jaf joħloq biss il-leħen ta’ Kym.

Ritratt: Kym Pepe

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com