L-AĦĦAR AĦBARIJIET B’MOD IMMEDJAT!

 L-AĦĦAR AĦBARIJIET B’MOD IMMEDJAT!

Mil-illum is-sit StradaRjali.com ser ikun qiegħed iniedi servizz ġdid sabiex jinforma lill-qarrejja bl-aktar aħbarijiet u stejjer riċenti permezz ta’ WhatsApp.

Is-servizz huwa wieħed minn katina ta’ inizjattivi u servizzi oħra li ser ikunu qed jiġu mnedija bħala parti mill-iżvilupp ta’ dan is-sit li fl-ewwel ġimgħat tiegħu, diġà kiseb popolarità ma’ bosta qarrejja.

L-aħħar riżultati numeriċi juru kif aktar minn 25% tal-Maltin u l-Għawdxin diġà daħlu aktar minn darba f’dan is-sit b’udjenza li qiedgħa tqarreb il-miljun żjara sa mit-twaqqif tas-sit.

Sabiex tirreġistra kull m’għandek tagħmel hu li tibgħat messaġġ fuq WhatsApp b’ismek u kunjomok fuq 99999100 u  tibda’ tirċievi l-messaġġi bl-aħħar aġġornamenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com