L-Awtorità Tal-Ippjanar: Tħeġġeġ ir-Rifjut tal-Estensjoni tal-AUM
L-Awtorità Tal-Ippjanar qed tħeġġeġ tribunal tal-appell b’mod immedjat biex jirrifjuta l-estensjoni tal-kampus, li qed tiġi proposta mill-AUM (American University of Malta). Parti mill-proġett qed iħares lejn erba’ sulari binja li sservi ta’ dormitorju għall-istudentu tal-Università, b’faċilità ta’ parkeġġ li ser jieħu post parkeġġ ieħor pubbliku f’Senglea Gate.
Dan l-istess proġett diġà ġie rrifjutatat Novembru li għadda, imma l-investituri Sadeen Group reġgħu appellaw din id-deċiżjoni.
Din l-estensjoni qalgħet ħafna opożizzjoni mhux biss mill-Kunsilli Lokali tal-Kottonera, imma anke mir-residenti. Sa mill-bidu ta’ din il-kwistjonu, kemm entitajiet u kemm residenti ingħaqdu lkoll flimkien u ffurmaw Azzjoni: Tuna Artna Lura, u permezz ta’ din il-pjattaforma komuni, dawn qegħdin jiġġieldu sabiex ma jitilfux dan l-ispazju tant prezzjuż għall-komunità. Yana Mintoff, it-tifla tal-ex prim ministru ta’ Malta Duminku Mintoff, hija waħda fost il-ħafna ilħna voċiferi kontra dan il-proġett li qed jara biex jieħu pussess minn spazju prezzjuż u pubbliku tal-Kotonera
Dawk li qegħdin joġġezzjonaw il-proġett qegħdin jgħidu kif dan kollu ser ikollu impatt estetiku negattiv fuq il-Bastjuni Storiċi tal-Isla, li ser ikun mhux biss invażiv imma anka distruttiv fejn jidħol wirt storiku.
Sadattant, l-istess grupp ta’ residenti ħarġu filmat ta’ kif dan l-ispazju jista’ jiġi ntużat bħala post ta’ rikreazzjoni pubblika.
https://www.facebook.com/azzjonitunaartnalura/videos/828556054348725