L-ITS Ukoll Jipposponi Ċ-Ċerimonja Tal-Gradwazzjoni

 L-ITS Ukoll Jipposponi Ċ-Ċerimonja Tal-Gradwazzjoni

Wara li l-Universita’ ta’ Malta ħabbret li ħassret iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni, issa anke l-ITS ħabbar li ser jipposponi l-gradwazzjoni.

Fi stqarrija l-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) ħabbar li wara konsultazzjoni mal-istudenti, ppospona ċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tiegħu mid-data tradizzjonali tal-ewwel tnejn ta’ Diċembru; għall-ewwel nofs tal-2021.

Għalkemm iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni se ssir is-sena d-dieħla, l-istudenti xorta ser jirċievu ċ-ċertifikat tagħhom permezz tal-Blockchain. Dan permezz tal-infrastruttura li għandu l-Istitut, permezz ta’ Hyland Credentials, fejn il-gradwati kollha jingħataw blockcert. Dan ifisser li l-istudenti ser ikollhom iċ-ċertifikat tagħhom aċċessibbli faċilment mill-istrumenti tal-IT tagħhom onlajn, li jistgħu jaqsmu b’mod sigur ma’ min iħaddem.

Iċ-ċertifikati tal-Blockchain ser jinħarġu fil-jiem li ġejjin u kemm il-blockcert kif ukoll iċ-ċertifikat stampat se jkunu ttimbrati bid-data tal-gradwazzjoni inizzjali, dik tas-7 ta’ Diċembru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com