Żekkin Bl-Ewwel Qabda Ta’ €16,295

 Żekkin Bl-Ewwel Qabda Ta’ €16,295

Il-kelb tad-Dwana Zekkin beda xogħol bil-kbir meta fl-ewwel operazzjoni tiegħu mindu daħal fis-servizz f’Settembru li għadda għamel qabda ta’ €16,295 fi flus mhux iddikjarati.

Żekkin għandu sentejn u huwa tar-razza Labrador. Huwa tħarreġ mill-Forzi tal-Fruntiera tar-Renju Unit.

Il-kelb għamel din is-sejba fuq Indoneżjan qabel tela’ fuq titjira lejn Istanbul. Wara li l-uffiċjali tad-Dwana staqsewh kemm kellu flus fuqu, il-passiġġier wieġeb li kellu €3,000. Iżda minn tfittxija li saret fuq persuntu nstabulu €16,295 fi flus mhux iddikjarati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com