L-Ixjeħ President Amerikan Ser Ikun Ikkonfermat Dalwaqt
Id-dinja bħalissa tinsab ħerqana sabiex tara min ser jiġi elett bħala l-President tal-Istati Uniti u jmexxi waħda mill-akbar forzi fid-dinja għal erba’ snin li ġejjin. Dawn huma elezzjonijiet importanti mhux biss għal aktar minn 300 miljun persuna li tgħix fl-Istati Uniti iżda ukoll għad-dinja, dan minħabba l-ħafna dipendenzi u rabtiet li bosta pajjiżi oħra għandhom mal-Amerikani.
Skont l-aħħar żviluppi jidher li t-taqtiha ser tibqa’ waħda missielta sal-aħħar. Waqt li qiegħed jiġi ippublikat dan l-artiklu l-ex Vici President Amerikan Joe Biden jinsab minn quddiem bi 238 voti elettorali filwaqt li l-President attwali Donald Trump jgħodd 213 voti elettorali.
Kollox iħoll u jorbot lil fejn ser ixaqilbu l-voti ta’ 7 stati oħra, li l-indikazzjonijiet s’issa 5 huma inklinati lejn Trump u 2 huma inklinati lejn Biden.
S’issa t-tnejn tkellmu b’mod kunfidenti fil-pubbliku li r-rebħa ser ixxaqleb lejhom.
Ikun min ikun elett, il-President tal-Istati Unit għal 4 snin li ġejjn ser ikun l-ixjeħ li qatt ġew eletti. Trump illum jgħodd 74 sena filwaqt li Biden għandu 77 sena. Trump ta’ 70 sena kien l-ixjeħ President Amerikan qatt elett lura għal 2016