L-Iżgħar Ministri Bl-Akbar Portafol

 L-Iżgħar Ministri Bl-Akbar Portafol

Jidher li l-iżgħar Ministri li qatt kellna f’pajjiżna qedgħin jokkupaw u ser ikomplu jokkupaw il-kariga ta’ Ministru b’portafolli wiesa’ u bit-tmexxija ta’ setturi varji. L-akbar żewġ Ministri fil-Kabinett il-ġdid ta’ Abela huma dawk ta’ Silvio Schembri u Ian Borg li t-tnejn huma taħt l-40 sena.

Silvio Schembri għandu 35 filwaqt li Ian Borg 34.

Portafolli kbar oħra huma dawk ta’ Aaron Farrugia (40 sena), Byron Camilleri (32 sena), Clayton Bartolo (33 sena) u Clint Camilleri (32 sena).

Issa li l-Ministeru Għall-Ekonomija kiber bid-doppju, bi 18-il entità ġdida fosthom l-Awtorità tal-Artijiet u entitajiet tal-Ekonomija Diġitali bħal Malta Gaming Authority, MITA, Gaming Malta, Malta Communications Authority, Responsible Gaming Foundation, Malta Digital Innovation Authority u Techmt, huwa mistenni li ssir u tinħoloq aktar sinerġija biex jinħoloq aktar xoghol u opportunitajiet.

Dan apparti l-programm ta’ investiment industrijali ta’ €470 Miljun li se jkun qed isir permezz ta’ Indis Malta (ex Malta Industrial Parks), l-istrategija Ekonomika li qed titmexxa permezz tal-Mimcol fosthom l-implimentazzjoni tat-tieni skema tal-vawcers, it-tisħiħ tal-AAS u Malta MedAir.

Awguri lil dawn il-Ministri żgħażagħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com