L-Iżviluppatur Tal-Parkeġġ Tat-Tradefair Fin-Naxxar Se Jkollu Jippreżenta Pjanti Differenti…

 L-Iżviluppatur Tal-Parkeġġ Tat-Tradefair Fin-Naxxar Se Jkollu Jippreżenta Pjanti Differenti…

Is-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami tellgħet filmat fuq il-paġna tal-kunsill In-Naxxar Local Council fejn tenniet li wara laqgħa maratona ta’ 4 sigħat mal-Bord tal-Ippjanar li saret illum, kien deċiż li l-iżviluppatur tal-parkeġġ tat-Trade Fair Grounds irid jippreżenta pjanti differenti.

Saħqet li se tkompli żżomm soda f’isem il-kunsill Naxxari mal-argumenti ppreżentati kontra dan l-iżvilupp li se jara lin-Naxxar jittrasforma ruħu fl-istil tiegħu.

Ħeġġet ukoll lill-membri biex ma japprovawx dan il-proġett.

“Inwiegħed li ser nibqa’ nkun l-vuċi tagħkom fin-Naxxar”, temmet tgħid is-Sindku.

Ritratt: Facebook/ In-Naxxar Local Council/ Malta Today

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com