Junior Eurovision 2020: Kont Taf li Tista’ Tivvota Għal Malta?

 Junior Eurovision 2020: Kont Taf li Tista’ Tivvota Għal Malta?

Nhar il-Ħadd li ġej 29 ta’ Novembru timmarka d-data tal-finali għall-Eurovision Song Contest tal-2020. li din is-sena ser tittella’ l-Polonja. Din is-sena l-konkors ser ikun wieħed daqxejn differenti ħabba l-pandemija , fejn ħafna mill-attivitajiet u preparamenti li ssoltu jseħħu, saru kollha online, inkluża ċ-ċerimonja tal-ftuħ ilbieraħ fejn il-kontestanti taw l-awguri tagħhom minn fuq l-iscreen.

Ilbieraħ ukoll itellgħet il-polza biex tiġi magħrufa s-sekwenza tad-diski kif ser tiġi. Il-festival ser jibda bl-ewwel diska mill-Ġermanja, bil-kantanta ċkejkna tagħna Chanel Monseigneur li se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fit-8 post.

Il-Maltin jistgħu jivvutaw online għal kull kontestant, inkluża lil Malta stess. Il-votazzjoni ser tiftaħ nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru stess.

Jekk għadek ma rajtux, dan huwa l-video mużikali ta’ ‘Chasing Sunsets’ li ser ikun qed jirrapreżenta lil Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com