“La M’Aħnhiex Kapaċi Niddixxiplinaw Ruħna, Hemm Bżonn ‘Lockdown’ Immedjata.”
“La m’aħniex kapaċi niddixxiplinaw ruħna, hemm bżonn lockdown immedjata. Diġa’ tard. Kull mewt li seħħet u li sseħħ hija ferita kbira, u piż fuq il-kuxjenza ta’ min jiġi jaqa’ u jqum.” Hekk kitbet Mariella Mizzi Attard fuq il-facebook tagħha.
Spjegat li issa m’għadniex inċapċpu lill-frontliner jew nittawlu lill-ġenituri minn taħt il-gallarija fost argumenti oħra li tkellmet dwarhom għaliex issa “qisu xejn mhu xejn”.
Tenniet dwar li donnu issa l-uniku ħsieb hu kemm se jkunu n-numri fin-nofs siegħa fuq bażi ta’ kuljum u nistagħġbu kemm żdiedna jew inqasna.
Imma jidher li xorta għadna niltaqgħu qaqoċċa ras ġo ras biex nixrobu, immorru għand xulxin fejn ma jaran ħadd, nibbukkjaw ‘farmhouses’ ħa norganizzaw parties u??