Le Mhux Kulħadd Jaf Juża Instagram. Ara Ftit Punti Bażiċi…
Tista’ terġa’ titfa’ vidjo fuq Instagram minn xi mkien ieħor b’diversi modi, billi tuża l-app uffiċjali ta’ Instagram, screen recording, jew anke app apposta.
Stories ta’ Instagram mhux kollha jkunu 100% oriġinali – fil-fatt, uħud mill-ikbar instagram accounts huma ddedikati biex jgħamlu share tax-xogħol ta’ nies oħra. Ovvjament, l-aħjar qabel tagħmlu dan, tiksbu permess qabel, u dejjem tagħtu kreditu xieraq.
Hemm diversi modi biex terġa’ tibgħat vidjows li ssib fuq Instagram. Hemm ukoll apps ta terzi bħal Repost, li jikkonvertu l-post ta’ Instagram ta xi ħadd ieħor f’waħda tiegħek.
L-aktar mod faċli huwa dan:
- Iftaħ l-app Instagram u mur fil-post li trid taqsam.
- Direttament taħt il-post,issib icontal-ajruplan. Dan iħallik taqsamha ma xi ħadd permezz ta’ messaġġ dirett, jew terġa tibgħatha lill-Istorja tiegħek.
Apparti hekk, mingħajr ma tniżżel app żejda, tista’ sempliċement tirrekordja l-iskrin.
Qatt ma għandek tneħħi l-username tal-post oriġinali, u kun żgur li tikkreditahom fil-post tiegħek.
Kemm iPhones kif ukoll Android għandhom din il-funzjoni li tista’ tirrekordja l-iskrin.