Bil-Filmat: Jużaw Il-Gass Tad-Dmugħ Biex Jikkontrollaw Il-Folol Li Nġabru Minħabba Maradona

 Bil-Filmat: Jużaw Il-Gass Tad-Dmugħ Biex Jikkontrollaw Il-Folol Li Nġabru Minħabba Maradona

Ġurnata ta’ emozzjoni kbira fil-kapitali tal-Arġentina: Buenos Aires hekk kif sar il-funeral tal-plejer kbir Diego Maradona.

Folol kbar inġabru biex isellmu lill-idolu tagħhom, uħud jibku u lkoll iċapċpu u jkantaw biex ituh it-tislima tagħhom. Tista’ tgħid li kellu tislima daqs li kieku kien re.

Maradona miet nhar l-Erbgħa li għadda 5 ta’ Novembru fl-età ta’ 60 sena b’attakk tal-qalb.

Tant inġabru nies, li l-pulizija kellhom ukoll jużaw gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw in-nies anke minħabba l-mument li ninsabu fih; dak tal-pandemija Covid-19.

Ritratt: Yahoo Sport Australia

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com