Lebsin Il-Maskla Imma Jridu Jmissuk Biex ikellmuk. X’Affarijiet Dawn!!!

Donnu vizzju fil-karattru ta’ bosta Maltin li meta jkellmuk iridu jmissuk. Jgħidulek ‘Bonġu’ u jtaptpulek fuq spalltek. Isaqsuk ‘Kif int?’ u jmissulek idejk.
Veru kieku qegħdin fi żmien ieħor, narawhom affarijiet ħelwin u soċjevoli. Imma f’dan il-mument ma tiħux gost!
Irridu naħsbu ftit. Hemm għalfejn immissuh persuna biex inkellmuh? Din qed tirrita bosta persuni tant li kellmuha biex inqajmu kuxjenza.
Nieħdu ftit ħsieb!