Li Tilgħab Il-Video Games Huwa Tajjeb jew Ħażin?
Għaliex il-logħob tal-kompjuter iġiegħel lin-nies iħossuhom morda?
Il-bnedmin għandhom sens tajjeb ta għarfien. Aħna estremament tajbin biex inkunu nafu meta nkunu wieqfa, meta ninsabu mimdudin, meta nkunu wiċċna l-isfel, u meta nkunu qed nirrumblaw jew naqgħu. Grazzi għall feedback kostanti bejn għajnejna, widnejn u s-sistema sensorja ġenerali tagħna, nafu eżattament fejn ninsabu fl-ispazju fiżiku tagħna.
Ħafna nies li jħossuhom morda meta jaraw jew jilagħbu logħob tal-kompjuter għaliex moħħhom jaf li qegħdin bilqiegħda, imma l-input tal-logħob li qed jirċievu meta jaraw l-iskrin huwa f’kunflitt ma dik l-informazzjoni u jissuġġerixxi moviment. Ir-riżultat huwa dardir, sturdament, uġigħ ta ras jew anke sintomi oħra.
Hekk kif il-karattru ta’ lobgħa jiċċaqlaq u jdur malajr, jissimula l-moviment fuq l-iskrin u dan jista jġiegħlek tħossok imdardar jew sturdut u diżorjentat. Jista jkun li tħoss li qed taqa.
Allura x’għandek tagħmel?
– Ara li toqgħod ġo kamra mdawwla sew u ventilata tajjeb.
– Poġġi aktar il-bogħod lura mill-iskrin.
– Ħu pawżi u sib arja friska jew tazza ilma kull tant ħin.
– Agħżel logħob li huma f’perspettiva ta terza persuna fejn possibli
Biex nkunu ċari, li tilgħab video games jgħin ukol billi:
– Ittejjeb il-koordinazzjoni
– Ittejjeb il-ħiliet għas-soluzzjoniijiet
– Ittejjeb l-attenzjoni u l-konċentrazzjoni
– Ittejjeb il-veloċita tal-moħħ
– Ittejjeb il-ħiliet ta’ multitasking
Bħall kollox irridu nitgħalmu insibu bilanċ.