Malta Tirbaħ Għat-Tielet Darba konsekuttiva
It-tim nazzjonali Malti irreġistra s-sitt riżultat pożittiv meta fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Malta għelbet lill-Andorra 2 – 1 f’logħba oħra minn Grupp D1 tal-UEFA Nations League.
Andorra fil-vantaġġ wara biss tlett minuti meta Marc Rebes xeħet fix-xibka Maltija għal 1 – 0. Mal-ħin it-tim Malti beda dieħel iżjed fil-logħba b’Malta toħloq numru ta’ ċansijiet li però ma waslux għal gowl tad-draw sat-tmiem l-ewwel taqsima.
Wara għaxar minuti fit-tieni taqsima, minn azzjoni ta’ korner Emili Garcia xeħet fix-xibka tiegħu stess u għalhekk ġab il-gowl tad-draw għal Malta.
It-tim Malti baqa’ jżid u 3 minuti wara Jurgen Degabrielle poġġa lill-Malta għall-ewwel darba fil-vantaġġ b’daqqa ta’ ras li spiċċat wara l-goalkeeper Josep Gomes. Malta kellha saħansitra fejn tkabbar il-vantaġġ immedjatament iżda kellna nistennew sa’ erba’ minuti fuq il-ħin regolamentari sabiex is-sostitut Shaun Dimech wara ftit sekondi fil-grawnd jitfa’ l-ballun fix-xibka t’Andorra.
Malta għalhekk kisbet doppjjetta fuq l-istess tim bit-total ta’ punti fil-grupp issa jkun dak ta’ tmienja.
Riżultat finali Malta 3 Andorra 1. Prosit Malta!
Ritratt: Domenic Aquilina / MFA