Malti Għall-Qorti Dwar Investigazzjoni B’Rabta Ma’ Allegat Ħasil Ta’ Flus

 Malti Għall-Qorti Dwar Investigazzjoni B’Rabta Ma’ Allegat Ħasil Ta’ Flus

Malti ta’ 60 sena mistenni jitressaq il-Qorti għall-ħabta ta’ nofsinhar u jiġi mixli b’reati marbuta ma’ allegat ħasil ta’ flus u misapproprijazzjoni.

Il-Malti ġie arrestat mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus, fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet intensivi. Huwa mistenni jiġi mixli wkoll b’evażjoni tat-taxxa wara li fil-pussess tiegħu nstab kwantità ta’ xorb alkoħoliku li fuqu ma tħallasx dazju għad-dannu tad-Dipartiment tad-Dwana u għall-Gvern ta’ Malta.

Ir-raġel se jitressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella.

Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispetturi Oriana Spiteri u Keith Mallan mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, flimkien ma’ Dr Gary Cauchi mill-uffiċju tal-Avukat Ġeneral

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com