Malti u Alġerin Arrestati b’Rabta Ma’ Sejbiet Tad-Droga

 Malti u Alġerin Arrestati b’Rabta Ma’ Sejbiet Tad-Droga

Żewġt irġiel, Malti ta’ 31 sena li joqgħod Wied il-Għajn u Alġerin ta’ 30 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar mistennija jitressqu l-qorti wara li ġew arrestati b’rabta ma’ sejbiet ta’ diversi drogi fosthom pilloli suspettati ecstasy, kokaina u kannabis. Huma ġew arrestati f’każijiet separati.

Il-Pulizija qalet li l-Malti ġie arrestat wara li nstabu fuqu 29 qartas, suspettata droga kokaina. Ir-raġel kien arrestat sbieħ it-Tnejn filgħodu waqt kontroll tat-traffiku mill-Pulizija tad-Distrett, fi Triq Sant’Antnin, Wied il-Għajn.

Kienu għall-ħabta tal-11.30 p.m. x’ħin il-Pulizija nnutat karozza tat-tip Suzuki li kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni tagħhom u f’mument minnhom waqfet fil-ġenb tat-triq.

Fi tfittxija li saret, instab li s-sewwieq kellu l-liċenzja rrevokata u b’hekk ġie ordnat joħroġ mill-karozza. Hawnhekk bdiet tfittxija fil-preżenza tas-sewwieq u nstabu diversi pakketti trasparenti tal-plastik bi trab abjad fihom, x’aktarx droga kokaina. Instab ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Intant ħidma separata mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn, wasslet għall-arrest tal-Alġerin fuq suspett ta’ traffikar ta’ droga mill-Pjazza tal-Balluta.

Minn tfittxija li saret fuqu ġew elevati boroż b’pilloli suspettati ecstasy, kif ukoll kokaina, ħaxixa u raża tal-kannabis, allegatament lesti biex jiġu ttraffikati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com