Michael Mifsud Ser Jilbes Il-Flok Tat-Tim Nazzjonali Għall-Aħħar Darba
L-attakant internazzjonali Malti Michael Mifsud ser ikun qed jilbes il-flok tat-Tim Nazzjonali Malti għall-aħħar darba fil-partità ta’ ħbiberija kontra Liechtenstein l-Erbgħa 11 ta’ Novembru. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol ħabbret dan hekk kif il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia ħabbar l-iskwadra proviżorja tiegħu għall-partita ta’ ħbiberija kontra Liechtenstein kif ukoll għaż-żewġ konfronti mill-UEFA Nations League kontra Andorra u l-Gżejjer Faroe rispettivament.
Il-partita kontra Liechtenstein ser tkun qed iġib fit-tmiema esperjenza ta’ 20 sena għall-attakant ta’ 39 sena.
Mifsud lagħab xejn anqas minn 142 partita bil-flokk ta’ Malta u huwa l-iżjed plejer li qatt skorja għal Malta; total ta’ 41 gowl.
L-attakanta ta’ Sirens FC kien id-debuta bil-flokk tat-Tim Nazzjonali Malti fl-eta’ ta’ 18 il-sena kontra l-Albanija fis-sena 2000.
Ritratt: MFA / Domenic Aquilina