Movembru: Is-Saħħa Fiżika u Mentali Tal-Irġiel

 Movembru: Is-Saħħa Fiżika u Mentali Tal-Irġiel
Dr Georgiana Farrugia Bonnici, esperta fil-qasam tas-saħħa, tispjega kif ix-xhar ta’ Novembru jqajjem  kuxjenza u għarfien dwar kundizzjonijiet mediċi tal-irġiel; dawk fiżiċi bħal kanċer tal-prostata u kanċer tat-testikoli, kif ukoll dik mentali bħal saħħa mentali u suwiċidju. F’dan l-istess kuntest ix-xahar ta’ Novembru jiġi wkoll imsejjaħ Movembru.
Kanċer Tal-Prostata: Sintomi u Predispożizzjonijiet
Il-kanċer tal-protasta li huwa iktar komuni jaffettwa irġiel biss u n-nies li għandhom riskju ikbar huma dawk ikbar fl-età, dawk obesi u kif ukoll dawk ta’ karnaġġjun iktar skura.
Sintomi jistgħu jinkludu diffikultà biex tgħaddi l-urinà, inkontinenza, demm fis-semen u ibabbilta ta’ erezzjoni, kif ukoll uġigħ fl-għadam u fil-parti t’isfel taż-żaqq.
Kanċer Tat-Testikoli: Sintomi u Predispożizzjonijiet
Mill-banda l-oħra l-kanċer tat-testikoli huwa inqas komuni minn tal-prostata u r-riskju huwa iktar għal min għandu karnaġġjun iktar bajda kif ukoll min ibatu bil-kundizzjoni Kleinfelter Syndrome. Iż-żewġ kanċers għandhom predispożizzjoni fuq irġiel li l-familja tagħhom ġġorr jew ġarret l-istess kundizzjoni.
Sintomi jistgħu jinkludu uġigħ, tmenmnin, nefħa u tkabbir tat-testikola, kif ukoll uġigħ fil-parti t’isfel taż-żaqq.  Għalkemm inqas komuni, wieħed jista’ wkoll jesperjenza uġigħ fid-dar, qtugħ ta’ nifs, uġigħ u/jew tkabbir fis-sider, kif ukoll telf ta’ piż.
Prekawzjonijiet: Kif Tista’ Tevita
L-ewwel nett, wieħed għandu dejjem jeżamina ruħu medikament b’mod frekwenti, kemm biex jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u anka biex jilqa’ għal affarijiet simili minn stadju bikri.
Wieħed għandu wkoll u speċjalment imur għand it-tabib tiegħu jekk iħoss sintomi simili u anka jekk biss iħoss li qed jesperjenza affarijiet li mhux fiżikament komuni jħoss. It-tabib imbagħad, dejjem jekk ikun neċessarju, jista jagħmel xi testijiet tad-demm, ultrasound jew kwalunkwe ħaġa neċessarja sabiex ikun jista’ jifhem l-aħjar metodu ta’ kif jipproċedi.
Dieta nutrittiva kif ukoll eżerċiżżju fiżiku huma wkoll u dejjem importanti għal ħajja iktar ta’ kwalità u b’saħħitha, kemm fiżikament u anka mentalment.
Għal aktar informazzjoni, żur u agħfas like fuq din il-paġna.
Ritratt: movember.com
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com