“Nixtieq Inċemplilha Biex Nara Kif Inhi!…” – Cliff Zammit Stevens

 “Nixtieq Inċemplilha Biex Nara Kif Inhi!…” – Cliff Zammit Stevens
It-tenur Cliff Zammit Stevens fetaħ qalbu fuq facebook dwar is-sentiment u l-emozzjoni li jħoss lejn in-nuqqas t’ommu f’ħajtu hekk kif illum għalqet 3 snin li ħallietna.
Tenna li n-nuqqas tagħha qed iħossu aktar, iżjed ma jgħaddi ż-żmien u l-vojt li ħalliet qed isir diffiċli biex jimtela. Bħalissa fi żmien fejn hawn ħafna inċertezzi minħabba l-pandemija tal-Covid-19, qed jgħaddi minn mumenti li jkun jixtieq iċemplilha biex jara kif inhi u jħoss li ommu qed tkun hemm tinkoraġġieh li dawn iż-żmienijiet ser jgħaddu.
Spjega kif qed ikollu diffikultà jgħeleb l-isfidi fuq bażi ta’ kuljum u li kultant ikun jixtieqha ħdejh anke biex sempliċiment imissilha jdejha u jxomm ir-riħa tagħha.
Kuraġġ Cliff. Ħallejtna bla kliem!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com