Jibda L-Bard U L-Qtates Jibdew Jistkennu Taħt Il-Karozzi

 Jibda L-Bard U L-Qtates Jibdew Jistkennu Taħt Il-Karozzi

Hekk kif it-temperaturi bdew neżlin u bdiet ix-xita, aktar u aktar qtates jibdew jqattgħu siegħat taħt il-karozzi sabiex jistkennu minn dawn il-kundizzjonijiet tat-temp.

Il-paġna ta’ Facebook ‘We Love Animals’ appellat sabiex, hekk kif it-temp qed jiksaħ, qabel insuqu, inħabbtu b’idejna mal-bonit tal-karozza, ħalli qtates li jkunu qed jistkennu jilħqu joħorġu. F’din il-post jidher ukoll ritratt ta’ qattusa bi grieħi serji f’wiċċha kawża ta’ karozza li ġiet startjata waqt li l-qattusa kienet għadha taħta.

Azzjoni żgħira minn naħa tagħna tista’ tipprevjeni inċidenti koroh bħal dan u inċidenti agħar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com