Pete Buttigieg Mistenni Jkun Parti Mill-Kabinett Ta’ Biden

 Pete Buttigieg Mistenni Jkun Parti Mill-Kabinett Ta’ Biden

Pete Buttigieg, ir-raġel ta’ dixxendenza Maltija li kien parti mit-tellieqa Presidenzjali tal-Istati Uniti, huwa mistenni li jkun qed jifforma parti mill-kabinett ta’ Joe Biden. Minkejja li din l-aħbar għadha mhiex ikkonfermata, sorsi tal-media bħal CNN u Bloomberg qed jirrapurtaw li hemm kważi ċertezza li dan ser iseħħ.

Dan ifisser li kważi b’ċertezza qed jingħad li Buttigieg ser ikun l-ewwel uffiċjal tal-kabinett fl-istorja tal-Istati Uniti li huwa omosesswali b’mod apert.

Intant, diversi sorsi tal-media oħrajn diġà ħabbru li Buttigieg huwa membru tat-tim tranżatorju bi preparazzjoni għall-ħatra ta’ Biden bħala President f’Jannar li ġej.

Buttigieg huwa s-sindku ta’ South Bend f’Indiana u kien parti mit-tellieqa presidenzjali għal diversi xhur, sakemm f’Marzu li għadda ċeda wara li l-popolarità tiegħu bdiet tonqos. Ġaladarba huwa ma baqax kandidat tal-partit Demokratiku, Buttigieg beda jitkellem favur il-kampanja ta’ Joe Biden.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com