Pruvaw Jisplodu L-Parlament Imma Fallew
Il-jum tal- 5 ta’ Novembru huwa magħruf bħala Guy Fawkes Day fejn l-Ingliżi jiċċelebraw dan il-jum biex ifakkru ġrajja li ġrat fl-1605.
Fil-fatt kien sar attentat permezz ta’ 36 bettiegħa mimlija porvli biex jgħollu l-parlament u joqtlu lir-Re James L-Ewwel (Ġakbu). Propjament dan il-komplot kien sar minn Robert Catesby bl-iskop li jtemm il-persekuzzjoni tal-Kattoliċi Rumani mill-Gvern Ingliż.
Maż-żmien, dan il-jum issemma’ għal Fawkes iktar milli għal Catesby li propja kien hu l-moħħ wara dan il-komplot.
Interessanti li fl-2005 kien ħareġ il-film V for Vendetta fejn intużat il-maskra ta’ Guy Fawkes u li saret sinonima mal-gruppi li jipprotestaw kontra l-politiċi, banek jew istituzzjonijiet finanzjarji.