Qed Juġgħak Għonqok?
L-uġigħ fl-għonq huwa kundizzjoni komuni ħafna. Wieħed minn kull żewġ persuni jsofri minn uġigħ kroniku f’ħajtu.
L-għonq huwa magħmul min-numru ta’ rkiekel fuq xulxin u diski bejniethom. Madwarhom hemm numru ta’ muskoli u gogi kif ukoll ligamenti. Minn bejn l-irkiekel joħorġu n-nervituri mill-korda spinali u jmorru ġod-driegħ u l-id. Jekk wieħed joqgħod f’pożizzjoni ħażina matul il-ġurnata, per eżempju mgħawweġfuq il-computer jew jaħdem fuq bank għal tul ta’ żmien, dan jista’ jikkawża wġigħ u ebusija fl-għonq.
F’etá aktar kbira l-iżjed kawża komuni ta’ wġigħ fl-għonq tkun l-artrite. Ħafna drabi l-ġogi ż-żgħar li semmejt u li ngħidulhom “facet joint” jistgħu jiġu affettwati bħalma tiġi affettwata l-artrite fl-irkoppa u fil-ġenbejn. Il-diski bejn l-irkiekel jistgħu ukoll jinxfu u jiddiżintegraw.
L-uġigħ jista’ jkun jew fl-għonqbiss, imma jista’ wkoll jinfirexmal-ispalla, jista’ jitla’ sar-ras u jikkawża wġigħ ta’ ras. Barra hekk, jista’ jinżel sa bejn il-ġwienaħ tad-dahar. F’ċertu każijiet,l-uġigħ jista’ jinżel sal-minkeb jew sal-idejn u jista’ jiġi akkompanjat minn tnemnim jew tagħrix. Dan l-iktar iseħħ meta jkun hemm l-ewwel disk fl-għonq jagħfas fuq xi nerv ħiereġ bejn l-irkiekel fl-għonq.
Mal-uġigħ jista’ jkun hemm ebusija, l-aktar meta l-kawża tkun l-artrite u din l-iżjed li sseħħfilgħodu malli wieħed iqum.
Kawża oħra ta’ wġigħ fl-għonqtista’ tkun meta wieħed iweġġa’għonqu bħal meta f’xi waqgħa jew wara xi inċident tat-traffiku, fejn l-għonq jieħu taħbita ‘l quddiem u lura. Xi kultant jista’ Jkun hemm ksur ta’ xi rukkell imma ħafna drabi l-uġigħ iseħħ minn tbenġil fil-muskoli tal-għonq jew meta wieħed jilwi l-ligamenti tal-għonq. Dan jissejjaħ “whiplash” u jista’jdum għaddej ġimgħat jew xhur. F’ċerti nies, l-inkwiet u l-ansjetàtista’ tiġi mmanifestata f’uġigħat ta’ ras u fl-għonq ukoll.
F’każijiet rari, l-uġigħ speċjalment fil-kbar, jista’ jiġi minn xi infezzjoni, per eżempju meningite jew minn xi kanċer. F’dawn il-każijiet ikun hemm sintomi oħrajn bħal deni , raxx etc.
Ħafna mill-uġigħ tal-għonq jista’jiġi kkurat billi wieħed jieħu ħsieb kif joqgħod bilqiegħda, ipoġġiħdejn il-computer jew kif jorqod bil-lejl. Important wkoll li jsiru l-eżerċizzi jew fiżjoterapija regolari. Il-fiżjoterapista jista’ juża tekniċi differenti bħal messaġġi uultrasound. Jistgħu jintużaw ukoll xi pilloli tal-uġigħ bħal Paracetamol jew pilloli tal-infjammazzjoni. Showers sħan jew ċraret sħan fuq l-għonq jistgħu ukoll itaffu l-uġigħ f’ħafna każi. F’każi fejn m’hemmx ksur, il-kullar mal-għonq għandu jintuża biss għall-inqas żmien possibli għax jista’ jikkawża ebusija u aktar uġigħ.
Xi pazjenti jsibu li l-akupuncture taċ-Ċiniżi, kiropractor jew messaġġi tal-għonq jgħinu ħafna biex itaffu l-uġigħ. Wieħed jista’juża wkoll magna li tissejjaħ TENS machine. Din hija magna żgħira li taħdem bil-batteriji u li tista’ tmexxiha miegħek. Bil-għajnuna ta’ pads li wieħed jagħmilhom fuq il-post fejn għandu l-uġigħ, din il-magna tibgħat xokkijiet żgħar tal-elettriku li jgħinhom itaffu l-uġigħ.
F’dawk il-każijiet li jippersistu jew ikun hemm xi sintomi oħrajn,importanti li jsiru investigazzjonijiet bħal testijiet tad-demm, X-ray tal-għonq jew MRI scan.
Jekk l-MRI scan juri li wieħed jew iktar minn nervituri ħerġin mill-għonq qed jiġu maqrusin, jew il-ġogi ż-żgħar “facet joints” għandhom l-artrite, tista’ ssir injezzjoni ta’ loppju lokali u steroid madwar in-nerv jew fil-ġog.
Inqas minn 5-10 fil-mija tal-pazjenti għandhom bżonn operazzjoni għall-uġigħ fl-għonq. Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinkludu operazzjoni fejn jitneħħa ftit għadam jew id-disk madwar xi nerv maqrus, jekk ikun hemm uġigħ nieżel mill-għonq sal-id jew nuqqas ta’ saħħa f’xi parti tad-driegħ jew xi tnemnim. F’ċertikażijiet jista’ jinbidel id-disk ta’ bejn l-irkiekel f’wieħed artifiċjali tal-plastik jekk dan ikun tmermer jew issir (jgħidlu) “fusion” ta’numru ta’ rkiekel jekk ikun hemm artrite bejniethom. M’hemmx lokfejn tgħid li dawn huma operazzjonijiet maġġuri li għandhom ir-riskji u l-komplikazzjonijiet tagħhom.
Nota: Artiklu b’kollaborazzjoni mal-Professur Alistair Pace