Rabja Għall-Proposta Ta’ Bini Ta’ Supermarket
Wara li ilbieraħ irrappurtajna li fil-Mosta intefgħat applikazzjoni sabiex jinbena supermarket ieħor fejn wieħed diġà eżistenti, ħafna nies esprimew ir-rabja tagħhom fuq il-midja soċjali.
Din il-proposta ġiet mitfugħa biex tinbena fuq art fejn hemm fdalijiet preistoriċi, li kienet biżżejjed biex tqajjem kontroversja speċjalment ma’ dawk il-persuni li għandhom għal qalbhom in-natura u l-istorja ta’ Malta.
Diversi kummenti kontra l-bini ta’ dan is-supermarket splodew fuq Facebook, speċjalment minn residenti Mostin, fejn ħafna esprimew id-diżapprovazzjoni tagħhom li jinfetaħ supermarket ieħor, meta fil-Mosta hemm diġà għażla mhux ħazin. Oħrajn qalu li f’Malta hemm biżżejjed għażla minn fejn wieħed jagħmel xirja għall-bżonnijiet tal-ikel. Kien hemm min esprima li aħjar jaraw kif ħa joħolqu spazji ta’ rikreazzjoni, speċjalment fis-sitwazzjoni preżenti fejn għandna bżonn iktar spazji miftuħa bin-natura.
Dawn huma ftit mill-kummenti:
“Ma hawnx bizzejjed supermarkets ? Genn totali…u governanza bazwija minn naha ta l-awtoritajiet. Sfregju assolut fuq din l-Art Helwa. Nisperaw li ta’ warajna jahfulna !!!”
“Just what we need another huge supermarket ! And on an archaeological site. Unbelievable !”
“Jien quddiemi blokka appartamenti nbnew…who cares about curt ruts and punic tombs etc etc? Mhux hekk?”
Għalkemm il-poplu Mosti rreaġixxa b’mod negattiv għal din l-applikazzjoni, u meta ppruvaw jiġbdu l-attenzjoni tal-kunsill lokali, din kienet ir-risposta ta’ dan il-kunsillier: