Raġel Ta’ 54 Sena Jmut Bil-Covid-19

Raġel ta’ 54 sena li kien ibati minn mard kroniku miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
Ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-25 ta’ Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Ir-raġel miet aktar kmieni llum fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-persuna u jfakkar il-miżuri ta’ prevenzjoni, fosthom l-ilbies tal-maskra kullimkien, id-distanza soċjali u l-ħasil tal-idejn.