Raġel Ta’ 59 Sena Jmut Bil-Covid-19

Raġel ta’ 59 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
Ir-raġel kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-27 ta’ Ottubru.
Fi stqarrija, il-Ministru għas-saħħa qal li r-raġel miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel u mill-ġdid jappella biex il-miżuri ta’ prevenzjoni jkunu osservati.