“Ridt Tgħidilna Li Tant Int Insinifikanti Li Bik U Mingħajrek Konna Se Nkunu L-Istess” – Dr Immanuel Mifsud
Il-lettur, kittieb u poeta Dr Immanuel Mifsud għamel eloġju mill-isbaħ lill-Professur Oliver Friggieri waqt il-funeral tiegħu.
Bosta ddeskrivew dan l-eloġju bħala “bellezza” u “emozzjonali”, eloġju li bla dubju joħroġ l-umiltà li kien u għadu magħruf għaliha Prof Friggieri. Parti li spikkat hija din:
“Darba inti ktibt, li Oliver nistgħu naħsbu li huwa warda mingħajr isem li tinħasad minn bidwi aljenat. Ridt tgħidilna, dakinhar, li tant int insinifikanti li bik u mingħajrek konna se nkunu l-istess. Il-Ħadd li għadda, Oliver, ismek kien fil-paġna ta’ quddiem tal-gazzetti kollha, b’ittri kbar u wiċċek kien hemm ukoll, aktarx iħares dritt f’għajnejna.”
Dr Mifsud imbagħad ikompli li mhux talli Oliver Friggieri mhuiex insinifikanti, kif kien tenna hu stess, mhux talli mhuiex “petala tal-imgħoddi” iżda huwa “fjura sħiħa li għadha friska u hekk se tibqa’.”
Aqra l-eloġju sħiħ hawn: