Illum Monsinjur Mario Grech Jinħatar Kardinal! Kburin Bik

 Illum Monsinjur Mario Grech Jinħatar Kardinal! Kburin Bik

lIllum waranofsinhar il-Kardinal-Elett Mario Grech se jinħatar kardinal mill-Papa Franġisku.

Il-Konċistorju se jsir fil-Bażilika ta’ San Pietru. Se jsir ukoll it-Tqegħid tal-Berittin, il-Konsenja tal-Ċurkett u l-Għoti tat-Titlu jew Djakonija.

Fil-25 ta’ Ottubru, il-Papa Franġisku ħabbar 13-il Kardinal ġdid fosthom lill-Isqof Grech.

Mons. Mario Grech huwa l-ewwel Għawdxi li qatt inħatar Kardinal. Imwieled il-Qala, għex Ta’ Kerċem, u serva bħal Isqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex mill-2005 sa din is-sena, meta l-Papa sejjaħlu biex ikun is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet f’Ruma.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com